Biex il-Partit Laburista jittrasforma lilu nnifsu mill-gdid bhala partit rebbieh, apparti li tirritorna l-ghaqda, irid jara li jsir aktar effettiv f’dak kollu li jaghmel. Pero biex inkunu aktar effettivi, irridu bilfors inkunu aktar organizzati. Imma biex inkunu organizzati, irridu bilfors inkunu dixxiplinati. Ghax minghjar dixxiplina la inkunu organizzati wisq anqas effettivi.
Wiehed ma jridx wisq sforz biex jinnota li bhala partit sirna wisq indixxiplinati. U dan irrendiena anqas organizzati, u anqas effettivi. Ma jistax ikun li din l-indixxiplina tibqa ghaddejja, Ma jistax ikun li kulhadd jibqa jaghmel dak li jfettillu, jghid dak li jigih f’mohhu, jew jagixxi skond kif jiddettawlu l-interessi personali.Irridu inkunu awto-dixxiplinati. Meta wiehed jitkellem fuq dixxiplina mhux necessarjament ikun irid ifisser dixxiplina regimentali. Dik li tkun gejja minn fuq ghal isfel, bil-kap kmandant bil-bastun f’idu jordna u kulhadd irid jobdi. Le. Imma dixxiplina fil-forma ta’ awto-dixxiplina. Fejn kull individwu jinfliggi fuqu nnifsu sens li hu jippartjeni minn organizzazzjoni u li l-interessi ta’ l-organizzazzjoni jissopravivu fuq kull interess iehor. Sew personali jew xort’ohra.
Meta qed nitkellmu fuq awto-dixxplina qed nitkellmu fuq dixxiplina ta’ commitment. Ta’ impenn. Jigifieri meta nikkommettu ruhna li ser naghmlu xi haga, din issir…issir b’impenn…fil-hin stipulat…u li ssir tajjeb mhux bizzejjed imma ssir kwazi perfetta. Tfisser ukoll li f’dak li taghmel qatt ma tabbanduna l-principju tas-serjeta’. Ghax jekk wiehed jabbanduna s-serjeta’, is-serjeta’ tabbandunah.L-indixxiplina twassal ghal nuqqas ta’ organizzazzjoni, nuqqas ta’ effettivita’, nuqqas ta’ serjeta’. L-awto-dixxiplina tisserjak, torganizzak, u taghmlek effettiv.
No comments:
Post a Comment