Fadal xahar ghall-elezzjoni ta’ Mexxej gdid ghall-Partit Laburista. Xahar twil fejn kulhadd se jkun qieghed jiffoka aktar harstu fuq il-hames kontendenti. M’ghandi l-ebda dubju li kull Laburist li ghandu ghal qalbu l-partit, f’dawn l-erba’ gimghat li fadal se jkun qieghed ghassa ghall-hames kontestanti biex jara x’sinjali kull wiehed minnhom se jibghat biex juri l-kapacita’ tieghu li jghaqqad lill-partit.
Minn issa sal-5 ta Gunju, Abela, Bartolo, Coleiro Preca, Falzon u Muscat, kull wiehed u wahda minnhom iridu juru bic-car li ghandhom il-kwalitajiet li la darba t-tigrija tkun ghaddiet se jghaqqdu lil kulhadd warajhom, u li se jmexxu tim wiehed u maghqud.
Sal-5 ta’ Gunju Abela, Bartolo, Coleiro Preca, Falzon, u Muscat iridu jibaghtu messagg car li dan l-impenn hekk kbir li qed jidhlu ghalih, kemm-il darba ma jkunux huma l-mexxej, xorta wahda jaghtuh lill-partit.Sal-5 ta’ Gunju Abela, Bartolo, Coleiro Preca, Falzon u Muscat iridu jibaghtu sinjal car li ikun min ikun minnhom Mexxej, se jkun lest li juza t-talenti kollha ta’ shabu l-kontesanti.
Sal-5 ta’ Gunju…u iktar u iktar wara l-5 ta’ Gunju… li l-ahjar kwalitajiet ta’ Abela, l-ahjar kwalitajiet ta’ Bartolo, l-ahjar kwalitiajiet ta’ Coleiro Preca, l-ahjar kwalitajiet ta’ Falzon u l-ahjar kwalitajiet ta’ Muscat jigu assorbiti mill-Mexxej il-gdid. Idealment, il-Mexxej il-gdid ghandu jkun kunjomu Abbacofamu. Idealment fil-Mexxej il-gdid ghandna naraw l-aqwa ta’ ABela, imhallta ma l-aqwa ta’ BArtolo, infilsati ma l-aqwa ta’ COleiro Preca, imdahhla ma l-aqwa ta’ FAlzon, u maghguna ma l-aqwa ta’ Muscat. U dan jista jsir jekk kull wiehed u wahda mill-kontestanti jibaghtu sinjali cari minn issa li l-ahjar taghhom se jkunu disposti li joffruh lil, u jitrasferuh fuq, il-Mexxej il-gdid, ikun min minnhom ikun.
Il-Laburisti kollha… dawk genwini…dawk li vera jhobbu lill-partit mhux ghal xi interess jew iehor…dan qed jistennewh bi dritt. Iridu lil Abbacofamu mexxej. Ejja naghtuhulhom.
No comments:
Post a Comment