Nibqa' ntenni sakemm nispicca bla vuci li jekk il-Partit Laburista ma jinaghqadx, anki elezzjoni ohra jerga jitlef. Jistghu mhux ixebbghu nies in-nazzjonalisti, nistghu nipprezentaw kemm irridu l-aqwa proposti lill-poplu Malti u Ghawdxi, u nistghu mhux ikollna l-aqwa u l-ahjar mexxej… ghax jekk ma ninghaqdux m’ghandniex l-icken cans li nirbhu.Tant hi mehtiega l-ghaqda li nittama f’mexxej gdid li mhux biss ikun l-aktar persuna unifikanti, imma nittama wkoll li jkollu d-dehen u l-forza kollha mehtiega biex l-elementi kollha divizivi li hemm fil-partit jeleminahaom.
Importanti hafna li min jemmen fl-ghaqda, u kull min jghid li jemmen fl-ghaqda, jekk tassew jemmen hekk, jara li bi kliemu u b’ghemilu jkun strument li jressaq lil kulhadd lejn xulxin. Min bi kliemu u b’ghemilu jaghmel xort’ohra, ifisser li qed ikun parti mill-problema. U f’dan il-mument huwa importanti li wiehed jara li jkun parti mis-soluzzjoni mhux aktar parti mill-problema. Ghax jekk ikollna aktar nies li jirrendu ruhhom parti mill-problema, se jkollna problema akbar. Bil-kuntrarju, jekk aktar nies ifittxu li jkunu parti mis-soluzzjoni, tinstab soluzzjoni tajba.
Importanti hafna, jekk tassew irridu l-ghaqda, illi l-ambjent ta’ bejnietna ma jkunx kontaminat. Importanti li l-atmosfera interna ma tkunx wahda li taqtalek nifsek u tifgak. Trid tinholoq atmosfera fejn wiehed ihossu komdu. Fejn il-kunfidenzjalita tkun salvagwardjata. Fejn hadd ma jkollu ghalfejn juri d-dissens tieghu barra l-istrutturi tal-partit. Sitwazzjoni li tqarreb lejn l-eleminazzjoni tal-leakages li hemm illum.Jekk tirritorna l-ghaqda jikber ir-rispett ta’ wiehed ma l-iehor u nkunu f’posizzjoni li naghmlu uzu tajjeb mir-rizors uman kollu taghna. Mill-kbir saz-zghir. U fil-livelli kollha.
No comments:
Post a Comment