It-Tlieta, 22 ta’ Lulju 2008

Il-mistħija li tkun fuq ix-xellug

Kurt Sansone jintervista lil Joe Chetcuti

Niltaqa’ ma’ Joe Chetcuti ftit jiem wara li l-Bord tal-Viġilanza u d-Dixxiplina qatagħha li kien se jkun diskriminat jekk jitwaqqaf milli jikkontesta għall-kariga ta’ segretarju ġenerali għax ma kienx delegat.

Bis-saħħa ta’ dik id-deċiżjoni nfetaħ il-bieb mhux biss għal Chetcuti imma wkoll għal oħrajn li mhumiex delegati u xtaqu jikkontestaw għal xi kariga fl-amministrazzjoni jew bħala membri ta’ l-eżekuttiv.

“Sodisfatt ħafna li bl-insistenza tiegħi wassalt biex il-partit jinfetaħ iktar,” jgħidli b’ħarsa ta’ sodisfazzjon.

Il-kelma ‘ftuħ’ hi fuq fomm Chetcuti. Kemm-il darba tul l-intervista jitkellem dwar il-ħtieġa li l-partit jinfetaħ ħalli mhux biss jersqu lejh nies ġodda imma wkoll iħossuhom komdi jitkellmu.

Iżda l-kelma ‘ftuħ’ hi akkumpanjata wkoll millkelma ‘dixxiplina’. Iż-żewġ kelmiet flimkien idarrsuni u meta nistaqsih x’irid ifisser meta jinsisti fuq ‘dixxiplina’ it-tweġiba tiegħu hi pronta. Jagħtini l-impressjoni li ħafna huma dawk li qed jistaqsuh l-istess ħaġa.

“Kull organizzazzjoni trid tkun effettiva u biex tilħaq dan l-għan trid tkun organizzata. Imma biex tkun organizzat trid tkun ukoll dixxiplinat.

“Hemm bżonn tidħol lura d-dixxiplina fil-partit. Mhux dixxiplina militari imma dixxiplina ta’ impenn. Meta niddeċiedu li xi ħaġa għandha ssir, din issir, minn min għandu jagħmilha, fil-ħin u kważi perfetta. Jekk irridu nikkonvinċu jeħtieġ inkunu kredibbli u l-kredibbiltà tinbena jekk dak li niddeċiedu dwaru nwettquh.

“Ir-rapport tat-telfa jindika numru ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu tul iż-żmien u li qatt ma ġew esegwiti. Ma nistgħux nippermettu sitwazzjoni hekk.” Chetcuti jkompli jispjega li hu naturali li f’partit politiku se jkun hemm nies b’fehmiet u ħsibijiet differenti.

“Imma nixtieq noħloq atmosfera komda għal kulħadd fejn persuna tkun tista’ tikkritika u tesprimi l-opinjoni tagħha mingħajr il-ħtieġa li testerna d-dissens. Persuna trid tħossha mismugħa,” jgħid Chetcuti.

Chetcuti, li kien kandidat għall-elezzjonijiet ġenerali kollha mill-1992 sa l-2003, jemmen li l-partit għandu bżonn bidla sħiħa fl-uċuh.

“Jekk qatt kien hemm elezzjoni li kellna nirbħu kienet din u għalhekk ħassejt it-tqanqil biex nikkontesta għax minkejja l-ħtieġa ta’ bidla fil-pajjiż il-partit xorta baqa’ l-art. Irraġunajt li biex il-partit jippreżenta ruħu bħala l-partit tal-bidla jrid jitbiddel hu wkoll u għalhekk nemmen li hemm bżonn ta’ skjerament ġdid ta’ nies.”


"Nixtieq noħloq atmosfera komda
għal kulħadd fejn persuna
tkun tista’ tikkritika u tesprimi
l-opinjoni tagħha mingħajr
il-ħtieġa li testerna d-dissens.
Persuna trid tħossha mismugħa."


Chetcuti jgħid li jrid jara l-politika tal-partit tinħema minn isfel għal fuq b’sehem sħiħ talkażini u l-għeruq tal-partit. Mil-laqgħat li qed ikollu mad-delegati hu impressjonat bit-talenti u l-argumenti li jagħmlu xi wħud.

“Li ma nistax nifhem hu kif imbagħad tiġi l-konferenza ġenerali u din tkun sempliċiment rubber stamping. Hemm bżonn li l-każini nagħtuhom l-ispazju fejn jaħdmu u nħeġġuhom jieħdu l-inizjattiva. Ċert li b’hekk tibda tinbidel il-kultura fil-każini li dawn huma biss post fejn jiltaqgħu n-nies biex jieħdu birra jew jilagħbu l-billiards,” iwieġeb meta nistaqsih kif jista’ jkun li tinbidel il-kultura tal-bar f’ħafna mill-każini.

Jinsisti li l-partit iċċentralizza wisq il-ħidma tiegħu u saħansitra anki l-laqgħat politiċi filkażini spiċċaw organizzati b’mod ċentrali. “Dan m’għandux ikun,” itenni.

“Hemm bżonn li ideat innovattivi jitħalltu ma’ ideat eżistenti. Jiddispjaċini li tul dawn l-aħħar snin il-Partit Laburista donnu beża’ jew staħa jiddikjara li hu partit Xellugi,” jgħid Chetcuti.

Nistaqsih jaqbilx ma’ l-introduzzjoni taddivorzju.

“Naqbel anki jekk personalment ma nkunx lest nagħmel użu minnu. Imma jien min jien biex inwaqqaf lill-ħaddieħor? Diskussjoni bħal din għandu jibdiha l-Partit Laburista. Aħna partit Xellugi, partit progressiv u d-drittijiet ċivili għandhom ikunu parti integrali mill-politika li nħaddnu,” jargumenta Chetcuti. Jemmen ukoll li l-impenn personali li ħa Joseph Muscat fuq id-divorzju għandu eventwalment ikun l-impenn tal-partit kollu wara diskussjoni filkonferenza ġenerali.

L-ikbar mistoqsija fl-aħħar elezzjoni hi marbuta mal-vot ikbar ta’ astensjoni li kien hemm. L-elettorat ipprefera jsabbat saqajh milli jivvota MLP. Għalfejn?

“Fl-aħħar elezzjoni n-nies riedu bidla imma ma ħassewhomx assigurati li din setgħet issir blalternattivi li kellhom quddiemhom. Għalhekk ma vvutawx Labour,” iwieġeb.

Chetcuti jgħid li Muscat ħoloq żiffa friska li qed tappella lil dawn in-nies u ż-żmien għad jagħti raġun lill-mexxej għad-deċiżjonijiet li qed jieħu u li setgħu ħasdu lil xi Laburisti.

Nistaqsih kif il-partit se jirnexxilu jirrikonċilja l-votant tradizzjonali Laburist mal-klassi l-medja fit-tramuntana tal-pajjiż li l-iktar li sabbtet saqajha f’Marzu li għadda.

“Ir-riżultati mat-triq se jikkonvinċu lil-Laburisti li Joseph Muscat għandu raġun. Se jkun kapaċi li jagħmel alleanza sħiħa man-nies li jixtiequ jaraw bidla fil-mod kif issir il-politika. Muscat b’li għamel fl-ewwel ġimgħat tiegħu ħasad lin-nies tagħna. Imma l-azzjonijiet tiegħu se jwasslu biex firxa iktar wiesa’ ta’ nies tersaq lejna għax huma ħafna dawk li ilhom jistennew politiku bħalu li jaħsibha differenti.”

U dwar l-għażla ta’ Peppi Azzopardi fuq il-Kummissjoni ta’ l-Etika li waqqaf Muscat?

“Konvint li Joseph Muscat irid jagħmel biċċa xogħol tajba u ma jridx jorbot idejh. Irid ikun f’pożizzjoni li jista’ jagħmel alleanzi ma’ kulmin lest jaħdem miegħu. Fl-għażla ta’ Peppi Azzopardi nemmen li ħa deċiżjoni tajba. Għamel sew u naqbel miegħu.

“Jien kemm-il darba ktibt biex nikkritika lil Peppi. Bħala persuna li hu fil-lenti pubblika
għandu jaċċetta din il-kritika bħalma jien ukoll irrid naċċetta li nista’ nkun kritikat u taħt skrutinju. Kif jgħidu bl-Ingliż ‘if you can’t stand the heat get out of the kitchen’.”

Kulmin se jinħatar Segretarju Ġenerali, flimkien mal-mexxej il-ġdid, se jkollu jiffaċċa t-test elettorali ta’ Ġunju 2009 meta jkunu eletti d-deputati parlamentari Ewropej Maltin.

“Tieħu gost tirbaħ kull tellieqa u filwaqt li għajnejna jridu jkunu fuq ir-rebħ ta’ l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew wasal il-mument ukoll li naħsbu ftit iktar fit-tul. Tajjeb li nirbħu kull battalja imma l-iktar importanti li nirbħu l-aħħar waħda, li hi l-iktar importanti: l-elezzjoni ġenerali.”

It-tweġiba tiegħu fiha ħafna x’tifhem. F’dawn l-aħħar ħames snin fil-Partit Laburista tnissel sens ta’ kunfidenza għax rebaħ kull appuntament elettorali li kellu sa qabel l-elezzjoni ta’ Marzu.

“Kellna sens ta’ over confidence injettat artifiċjalment minn nies li kkalkulaw li se jirbħu,” jgħidli.

Nistaqsih hux qed jirreferi għal Jason Micallef. B’nofs tbissima u bi kliem diplomatiku għallaħħar Chetcuti jinsisti miegħi li r-rapport tat-telfa jsemmi ħames persuni mhux wieħed.

"Aħna partit Xellugi, partit
progressiv u d-drittijiet
ċivili għandhom ikunu parti
integrali mill-politika li
nħaddnu."

Naqbadlu fuq il-fazzjonijiet fil-partit li jissemmew ukoll fir-rapport tat-telfa bħala sors ta’ inkwiet kontinwu.

“Il-fazzjonijiet bil-mod il-mod qed jiddiżintegraw. Muscat irnexxielu joħloq sens ta’ entużjażmu ġdid li jissupera l-ħafna diżgwid intern,” iwieġeb.

Jissorprendini. Possibbli jemmen li l-fazzjonijiet marbutin ma’ personalitajiet qed jiddiżintegraw?
“Għalhekk għedtlek bil-mod il-mod. Imma l-mexxej ta l-ikbar eżempju bl-għajta tiegħu ta’ merħba lil kulħadd. Hekk għandna bżonn biex jinfetħu l-istrutturi tal-partit. Jien nemmen f’mexxej b’saħħtu, viżjonarju li jippermetti lil kulħadd iħossu parti mill-partit. Imma l-mexxej jibqa’ wieħed.”

Bħala segretarju ġenerali Chetcuti se jkun lest jieħu l-istess impenn li ħa s-Segretarju Ġenerali tal-PN Paul Borg Olivier dwar il-każini maqbudin bil-liġi tal-kera l-antika u jirrofta d-dritt tassuċċessjoni?

“Il-kwistjoni tiddependi mill-eżekuttiv. Li hu żgur hu li l-MLP qatt mhu se jieħu pożizzjoni li tidher jew li hi illegali,” jgħidli.

Ninsisti miegħu li din mhix kwistjoni ta’ legalità imma kwistjoni ta’ moralità politika.

“Moralment kull pożizzjoni li tista’ tittieħed trid tiġi deċiża u maqbula id f’id mal-proposta tal-finanzjament tal-partiti.”

Ma nifhimx kif waħda torbot ma’ l-oħra imma jidher li fuq il-kwistjoni tal-kera fil-Partit Laburista teżisti ċerta skumdità. Chetcuti jitkellem dwar il-ħtieġa li l-partiti politiċi jkunu finanzjati mill-Istat imma jinsisti li min iħallas it-taxxa għandu jkollu rasu mistrieħa li dawk huma finanzi li qed imorru biex jiffinanzjaw il-ħidma politika tal-partit.

“Hekk in-nies isserraħ rasha wkoll li l-partiti mhux qed jaħdmu bi flus xi ħadd li jmur iħabbat il-bieb meta mbagħad ikollu bżonn pjaċir. Niskoraġġixxi kull tip ta’ donazzjonijiet ġenerużi li ’l quddiem jistgħu jippreġudikaw il-pożizzjonijiet politiċi li nistgħu nieħdu bħala partit. Hemm bżonn ta’ regoli ċari li jiżguraw it-trasparenza.”

Qabel ma nitilqu lil xulxin nistaqsih jekk jarax kunflitt bejn ir-rwol ta’ segretarju ġenerali u d-deputat mexxej għall-affarijiet tal-partit u jekk jarax lilu nnifsu bħala segretarju politiku jew amminsitrattiv.

“Inkun kontra li jispiċċa r-rwol ta’ deputat mexxej għall-affarijiet tal-partit."

L-istatut jgħid ċar u tond fejn tibda u tieqaf il-ħidma tas-segretarju ġenerali u tad-deputat mexxej. Iż-żewġ rwoli huma kumplimentari u jridu jaħdmu b’sinerġija imma għandhom żewġ funzjonijiet distinti.

“Bħala segretarju ġenerali nemmen li l-persuna trid tkun amministratur u organizzatur tajjeb imma b’qafas politiku sod. Is-segretarju ġenerali jrid jisma’ ħafna iktar, jitkellem xi ftit inqas u jaħdem ħafna iktar.”

Kliem li għal darb’oħra fih ħafna x’tomgħod!

"Jien kemm-il darba ktibt biex nikkritika
lil Peppi. Bħala persuna li hu fil-lenti
pubblika għandu jaċċetta din il-kritika
bħalma jien ukoll irrid naċċetta li nista’
nkun kritikat u taħt skrutinju. Kif jgħidu
bl-Ingliż ‘if you can’t stand the heat get out
of the kitchen’."

Illum 20 ta Lulju 2008

It-Tlieta, 15 ta’ Lulju 2008

Messaġġ ta' Għaqda

Il-Partit Laburista għandu bżonn jissaħħaħ, jinbidel, u jsir aktar pożittiv. Dan għandu jagħmlu għalih innifsu, imma aktar minn hekk għall-pajjiż.

Pajjiżna għandu bżonn bidla sħiħa. Bidla fil-mod kif nindirizzaw il-problemi qodma li ilhom magħna. Bidla kif niffaċċjaw l-isfidi ġodda li jiġu fuqna. Bidla sħiħa fil-mentalita’ u l-mod kif nagħmlu l-politika.

Irridu nkunu aħna tal-Partit Laburista, imħeġġa u msaħħa b’Mexxej ġdid żagħżugħ bħalma hu Joseph Muscat, li noffru din il-bidla. Pero biex inkunu aħna li nagħmlu dan irridu nerġgħu nibdew nirbħu. U biex nirbħu rridu naħdmu għal aktar għaqda fil-partit tagħna. Partit mhux magħqud biżżejjed ma jirbaħx elezzjonijiet. U biex jirnexxielna niġbru biżżejjed nies madwarna li jwassluna għal rebħa rridu l-ewwel ningħaqdu u nissodaw minn ġewwa.

Kull min jafni lili jaf li qatt ma skjerajt ruħi f’xi fazzjonijiet. Qatt ma kont persuna diviżiva. U jaf ukoll li dejjem ippruvajt, fejn inqala xi saram bejn wħud, inberred u nikkalma. Għaldaqstant nikkonsidra lili nnifsi bħala persuna li m’għandi problemi ma ħadd.

Bħala Segretarju Ġenerali, jekk intom id-delegati tisilfuni l-fiduċja tagħkom, se naħdem bla serħan biex dan il-partit inkomplu nissodawh minn ġewwa u ninsab kunfidenti li nista' nkun il-persuna li ngħaqqad.

Irrid li mill-pożizzjoni li nkun nimpennja ruħi li nkun strument li jressaq lil kulħadd lejn xulxin. Irrid li terġa' tidħol lura, u se naħdem biex terġa' tidħol lura s-serenita` fil-partit tagħna.

Ejja nkomplu nagħmlu dak kollu possibbli biex dan il-perjodu li għaddejjin minnu ikompli jkun perjodu ta’ suċċess billi naraw li tassew terġa' tibda tirrenja għaqda sħiħa u soda.

Dejjem Tiegħek,
Joe Chetcuti

It-Tnejn, 14 ta’ Lulju 2008

Dixxiplinati - Organizzati - Effettivi

Dan iż-żmien eċċitanti ta’ tiġdid li għaddej minnu l-Partit Laburista, imbuttat qabel kulħadd mill-Mexxej innifsu Joseph Muscat, qed jindika minn daqshekk kmieni li dan il-partit mhux fi żmien wisq il-bogħod se jkun qiegħed jissetja aġenda għalih li ma jgħaddix wisq żmien li l-pajjiz ukoll ma jagħmilhiex aġenda tiegħu.

Joseph Muscat, bi kliemu u b’għemilu, qed jibgħat diversi messaġġi li jrid partit miftuħ. U bir-raġun. Għaliex dan il-partit għandu bżonn jiftaħ u jinfetaħ. Għandu bżonn jiftaħ beraħ il-bibien kollha tiegħu ħalli aktar nies iħossuhom komdi jidħlu ġewwa. Għandu bżonn jiftaħ l-istrutturi tiegħu ħalli demm ġdid jitħallat ma' dak eżistenti. U jiftaħ id-diskussjoni ħalli l-ideat li hemm, kontrastati ma' ideat oħra ġodda u innovattivi, isawru linja ġdida ta’ ħsieb li tant hi meħtieġa fiż-żminijiet tal-lum.

Imħeġġeġ mill-fatt li l-Partit Laburista jinħtieġlu jirrispondi b’mod assertiv għal din il-ħtieġa tal-bidla, u konvint li tali risposta tkun aktar kredibbli bi skjerament ta’ nies ġodda, qiegħed inpoġġi jien id-dispożizzjoni totali tiegħi għall-Partit billi nikkontesta mill-ġdid għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit.

Għidtha kemm-il darba u nerġa' ngħidha li biex nirbħu rridu nkunu ħafna aktar effettivi. Pero biex inkunu effettivi rridu bilfors inkunu organizzati. U biex inkunu organizzati rridu bilfors inkunu dixxiplinati. Għax mingħajr dixxiplina la nkunu organizzati wisq anqas effettivi. U din hi l-għajta li se mmexxi tul din il-kampanja fost id-delegati tal-Konferenza Ġenerali: Dixxiplinati, Organizzati, Effettivi.

Għidtha drabi oħra u nerġa nirrepetiha li biex nirbħu rridu naħdmu għal aktar għaqda fil-partit. Dawk kollha li tassew iridu l-bidla f’dan il-pajjiż ma jkollhomx garanzija li l-bidla li tant jixtiequ qatt tista sseħħ jekk ma jarawx Partit magħqud biżżejjed. Għaldaqstant nimpennja ruħi biex inkun strument li jressaq lil kulħadd lejn xulxin. U ninpennja ruħi biex nara li kulħadd ifittex li jkun parti mis-soluzzjoni mhux parti mill-problema. Għax jekk ikollna ħafna li jirrendu lilhom infushom bħala parti mill-problema ikollna problema kbira, imma jekk kulħadd ifittex li jkun parti mis-soluzzjoni tinstab soluzzjoni tajba.

Nemmen li l-bażi ta’ dan kollu li semmejt hawn fuq hija s-serjeta’. Irridu nkunu serji f’dak kollu li nagħmlu. Li tkun serju jfisser li l-affarijiet tħares lejhom bis-serjeta’, tanalizzahom bis-serjeta’, tiddeċidihom bis-serjeta’, u twettaqhom bis-serjeta’. Jekk wieħed jabbanduna s-serjeta’, is-serjeta’ tabbandunah.

Nemmen ukoll li min ikun f’kariga amministrattiva hemm bżonn li jisma’ ħafna aktar, jitkellem ftit anqas, u jaħdem ħafna u ħafna aktar.

Nemmen li fil-Partit, bit-triq rikonciljatorja li qiegħed jurina l-Mexxej, u bi skjerament ta’ nies li jappoġġjaw din il-linja, tista' tinħoloq klima interna serena fejn minkejja li huwa naturali li wieħed jista' ma jaqbilx ma' xi ħaga, xorta waħda jibqa' jħossu komdu bħala parti mill-familja, u xorta waħda jħossu li jappartjeni.

Nemmen ukoll li hemm ħtieġa immedjata u kbira fil-Partit għal bidliet. Wħud minnhom kbar, oħrajn izgħar. Bidliet kemm statutorji, kemm strutturali, kif ukoll f’dak li huwa kontenut.

Nemmen ukoll fil-kuntatt kontinwu ma' l-għeruq biex ma ninqatgħux minnhom, u mal-kumplament tas-soċjeta` kollha kemm hi biex nersqu aktar lejn aktar nies.

Nemmen fuq kollox, u bis-sħiħ, fiż-żgħażagħ tagħna. Fil-potenzjal tagħhom. Fil-ħeġġa u l-enerġija tagħhom. Fil-kapaċitajiet tagħhom. Nemmen fihom għaliex huma l-preżent u l-futur tal-Partit. Fuqhom u madwarhom irid jinbena kollox. Imma nemmen ukoll fil-veterani, u dawk mhux daqstant veterani, għaliex huma dawn li joffru stabbilta’ lill-Partit. Nemmen ħafna fil-lealta’ tagħhom. Fl-għerf tal-ħajja tagħhom. U fl-esperjenza tagħhom. Allura rridu noħolqu ambjent fejn il-veterani tal-Partit ikunu l-boxxla li fuqha wieħed jaqra d-direzzjoni, filwaqt li ż-żgħażagħ preżenti, u dawk li rridu nattiraw, ikunu l-forza l-ġdida tal-Partit biex ixettlu u jnibbtu ideat ġodda u innovattivi. Il-veterani għandhom xi ħaġa li ż-żmien biss jagħtik…l-esperjenza, filwaqt li ż-żgħażagħ għandhom ħaġa li f’dik l-eta’ n-natura qatt ma tixxaħħah miegħek fuqha…l-enerġija. B’taħlita tat-tnejn jitwettqu ħwejjeġ kbar.

Konvint li l-istaġun politiku ġdid li qiegħed jinbotta ‘l quddiem. Il-mexxej tagħna se jkun qiegħed jistimula dawn il-bidliet kollha fil-Partit. U konvint li l-iskop tagħhom se jintlaħaq u naslu fejn għandna naslu. Konvint li fi żmien mhux il-bogħod se inkunu forza politika kbira li tagħti lil dan il-pajjiż stil ta’ politika differenti. Se inkunu forza politika kbira li tkaxkar magħha lil dawk kollha b’ideat progressivi li jridu jaraw bidliet sostanzjali fis-soċjeta’ tagħna. U se tkun forza politika kbira li tħaddan magħha wkoll lil dawk li, anki jekk moderati fil-fehma tagħhom, jaqblu li wasal żmien it-tibdil.

Fl-interess tad-demokrazija

Artiklu li ktibtu fil-25 ta' Marzu 2008

1. Elezzjoni Mitlufa… Dan hu l-ewwel artiklu tiegħi minn meta r-riżultat ta’ l-elezzjoni sar magħruf. Elezzjoni li lilna l-Laburisti ħallitilna togħma mill-aktar morra. Ħafna morra. Tlifna elezzjoni li ma kellna qatt nitilfu. U dik hi l-kelma eżatt….tlifna l-elezzjoni aħna mhux rebħuha n-Nazzjonalisti. Min ikun fil-gvern dejjem x’jitlef għandu. U min ikun fil-gvern għal 20 sena sħaħ għandu ħafna x’itelfu għaliex in-nes tgħejja. U tibda tixba u tiddejjaq minnu. Tibda anki tgħolli rasha l-arroganza u tnebbet il-korruzzjoni. Kif fil-fatt ġara. Diġa 20 sena kienu aktar minn wisq, aħseb u ara ħamsa oħra magħhom. Madankollu l-Labour ma kienx kapaċi jirbaħ. Tilef xorta. U kaġun tat-telfa tiegħu, it-tmexxija tal-gvern reħgġet ġiet konsenjata lin-Nazzjonalisti, minkejja li naqsu eluf ta' voti, biex spiċċaw rebħu elezzjoni li qatt ma setgħu jirbħu. X’ikkaġuna din it-telfa? Huma ħafna l-fatturi. U trid issir tfittxija bir-reqqa għalihom dawn l-iżballji. Pero jiżballja min jipprova jfittex r-raġunijiet x’imkien ieħor il-barra miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. M’hemm l-ebda raġuni esterna akbar mir-raġunijiet interni. Xi ħadd, jew xi wħud, x’imkien għamel jew għamlu l-iżballji. Jieħu għalih min irid… Il-‘Bidu Ġdid’ issa hemm bżonn li jseħħ ġewwa l-ewwel…qabel nitħajjru nesportawh 'il barra. U biex tiġġedded trid tibdel u tinbidel. Wara 20 sena fil-gvern huwa suppost il-partit tal-gvern li mar fl-oppożizzjoni jiġġedded u jinbidel. Hekk jiġri f’demokraziji normali u b’saħħithom. U huwa fl-interess tad-demokrazija li l-Partit Laburista jiġġedded, jinbidel u jissaħħaħ malajr kemm jista' jkun ħalli jkun jista' jirbaħ elezzjoni. Imbagħad ikun imiss lill-Partit Nazzjonalista li jmur fl-oppożizzjoni jippurifika ruħu, u dan fl-interess ukoll tad-demokrazija. Altrimenti ikollna, bħala poplu, nitqannew nibqgħu ngħixu ħafna aktar snin f’dittatura demokratika.

2.Is-Sistema Elettorali… Jekk vera rridu li ngħixu f’demokrazija ħajja u mħux f’waħda moribonda, irridu nizguraw li jkollna sistema elettorali fejn fiha kull fehma espressa permezz tal-vot tiġi riflessa fir-riżultat. Is-sistema li għandna hija tilqita a la Maltija, iddettata minn numru ta’ okkazzjonijiet fejn fihom kellna riżultati perversi, pero b’tifsila li taqdi lill-partiti l-kbar a skapitu taż-żgħar. Pero jekk mingħalina li sibna l-aħjar formula, ikolli ngħid li din l-elezzjoni tipprova l-affarijiet bil-maqlub. Għax fil-verita’ l-aħħar riżultat elettorali jindika ċar li l-maġġoranza assoluta tan-nies ta’ Malta u Għawdex ma riditx lill-partit Nazzjonalista fil-gvern. Anzi riditu fl-oppożizzjoni. Pero maġġoranza kemm kemm żgħira akbar ma ratx lill-Partit Laburista bħala gvern alternattiv. X’ġara? 1500 vot, jiġifieri 1500 individwu li vvutaw lil partit kbir u mhux lill-ieħor, iddeċidew id-destin ta’ pajjiż għal ħames snin, fl-istess waqt li ammont ferm akbar ta’ individwi li la vvutaw Labour u lanqas lill-Partit Nazzjonalista l-vot tagħhom ma sewa xejn. Lil dawn għidnielhom ċar u tond ‘Ojj, stajtu bqajtu d-dar bħal ħaddieħor’. Ġusta ħaġa bħal din? Le mhix. Tagħmel sens meta kellna riżultat daqstant viċin u inċert? Le, ma tagħmilx. U dan mhux qed ngħidu issa wara l-elezzjoni. Kont nirraġuna bl-istess mod minn qabel. Għax nemmen li fl-interess tad-demokrazija hemm bżonn insiru bħal demokraziji oħra. U biex insiru hekk hemm bżonn tibdil radikali fis-sistema elettorali tagħna. Ma nistgħux ngħidu li l-ewwel preferenzi huma dawk li jgħoddu…fejn jirrigwarda l-partiti l-kbar, imma imbagħad ma jgħoddux fil-każ tal-partiti ż-żgħar. Mingħalina ħloqna sistema li tagħmilna l-aktar pajjiz demokratiku tad-dinja, imma fil-verita’ ħloqna farsa li għandha bidu imma le tmiem. Irridu niddeċiedu x’se nieklu. Jekk hux pranzu bħan-nies….jew il-gaxin li sajjarna f’dawn l-aħħar snin.

3.Eżami tal-Kuxjenza… Wara r-riżultat elettorali li għadna kif kellna huma ħafna li jinħtiegilhom jagħmlu eżami tal-kuxjenza. Mhux l-anqas, il-Partit Nazzjonalista. L-ewforija ta’ rebħa li qatt ma kellha tkun m’għandux iwassalhom biex jaħsbu li kollox ward u zahar. Jew li l-MLP issa spiċċa. Altru milli hekk. Il-poplu bħalma bagħat messaġġ ċar lill-Partit Laburista, bagħat ieħor lill-Partit Nazzjonalista. Il-poplu qalilhom li bihom huwa imdejjaq ukoll. Il-Partit Nazzjonalista, iva, rebaħ id-dritt legali li jiggverna…la darba gvern irid ikun hemm….pero m’għandux l-appoġġ morali u l-fiduċja tal-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin. U huwa żball kbir ħafna li l-Partit Nazzjonalista qiegħed japprofitta ruħu mill-fatt li l-oppożizzjoni għadha storduta biex jieħu deċizjonijiet kontraversjali, mingħajr ma jitqajjmu mingħalih kontroversji. Għajb kbir għalih li qed jaddotta din it-tip ta’ strateġija. Għajb għaliex jidher ċar li l-opportuniżmu politiku qiegħed jirbaħ fuq is-serjeta’ u l-interess nazzjonali. Għajb akbar għaliex dan ifisser li Gonzi ma tgħallem xejn mil-lezzjonijiet li ried jagħti l-elettorat bil-vot tiegħu.

4.Pjaċiri… Ħaġa li minn dejjem kienet, u saret aktar, tmarradni hija l-mewġa ta’ pjaċiri bla sens li jsiru hekk kif tasal elezzjoni. Pjaċiri li jħallu effett negattiv kultant ekonomiku, u kultant ambjentali. Xi drabi temporanji u ħafna drabi permanenti. Għalija dawn huma atti tal-mistħija li kont tagħhom irid jingħata quddiem Alla. L-ammont ta’ permessi tal-bini li jinħargu malajr malajr hekk kif toqrob l-elezzjoni, u wisq aktar malli titħabbar, huwa xokkanti. Ir-riżultat fuq l-ambjent ta’ Malta? Jarah b’għajnejh kulħadd u m’għandix għalfejn ngħidu jien. Xi ngħidu mbagħad għall-impjiegi u l-promozzjonijiet. Tal-mistħija. Naf b’dipartiment governattiv li xhur ilu ħareġ sejħa interna biex jimtlew numru ta’ postijiet fi grad partikolari. Kien hemm bżonn numru. Sar eżami. Għaddew mill-eżami ħafna u ħafna aktar min-numru meħtieġ. Il-loġika tgħidlek li jieħdu l-promozzjoni dawk li kkwalifikaw ‘il quddiem san-numru li kien hemm meħtieġ. Mhux hekk? Imma tafu x’ġara? Ġimagħtejn qabel l-elezzjoni taw il-promozzjoni lil kulħadd. Affarijiet ma jitwemmnux. Affarijiet li darba xi ħadd pprova jbellagħhielna li hekk kif insiru parti mill-Unjoni Ewropea, ma jsirux aktar. Mhux aħna l-Maltin imma! Aħna nġibu l-Ewropej bħalna, u mela huma jibdlu lilna! Aħna poplu korrott li jekk tneħħilu l-korruzzjoni jiġrilu bħal dik il-ħuta li toħroġha barra mill-ilma. Lanqas biss nafu ngħixu mingħajrha. Phuu għalina.

Il-Midluk

28 ta' Ġunju 2008

Sakemm tigu biex taqraw dan l-artiklu l-għażla tas-Segretarju Ġenerali li se jieħu post Joe Saliba fil-Partit Nazzjonalista tkun magħrufa uffiċċjalment. Fil-mument li qed nikteb dan l-artiklu pero, minkejja li naf min hu l-midluk, uffiċċjalment għadu ma ġiex ikkonfermat li l-midluk fil-fatt indilek. U minkejja li s-sorpriżi dejjem jistgħu jitwettqu, ma tkun sorpriża xejn jekk dalgħodu jiġi nikkonferma ruħi illi wara disa’ snin fil-PN irritornat is-sitwazzjoni fejn il-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tkun okkupata minn membru parlamentari.

Li l-affarijiet fil-Partit Nazzjonalista isiru b’dan il-mod mhix spekulazzjoni. Kien l-Ewroparlamentari Simon Busuttil li pubblikament stqarr li hu kien ġie avviċinat minn Lawrence Gonzi u martu Kate biex jidħol hu minflok Joe Saliba. Li jfisser li fil-partit Nazzjonalista, mhux talli l-għazla ma jagħmluhiex il-Kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali imma numru aktar ristrett fl-Eżekuttiv, talli fil-verita’ din l-għazla tkun pre-indikata mill-Kap innifsu.

Simon Busuttil pero irrifjuta. U stqarr pubblikament li rrifjuta. Biex il-midluk ħalla lill-Prim Ministru ifittex ieħor biex jidilku. U l-midluk l-ieħor instab f’dak li għal ħafna, imma mhux għall-ftit li kienu konvolti, kien il-persuna sorpriża li tefa’ n-nomina bla mistenni.

Jekk dalgħodu l-affarijiet jirriżultaw mod ieħor, u ċioe’ il-midluk baqa’ ma ndilikx, allura Lawrence Gonzi għandu ma wiċċu sitwazzjoni kbira ta’ imbarazzament. Jekk mill-banda l-oħra l-għazla irriżultat biss f’konferma tal-midluk, fl-opinjoni tiegħi l-imbarazzament tal-Prim Ministru għandu jkun akbar.

Mill-banda l-oħra, anki jekk jidher li għadu kmieni ħafna, jidher ċar li ż-żejt tal-balzmu għall-ħatra tal-Kap li jmiss tal-partit diġa’ huwa ppreparat. U l-idejn li se jagħmlu d-dilka se jaraw li meta jasal il-waqt Simon Busuttil ma jgħidilhomx le. Konferma ta’ dan kollu toħrog minn artiklu li kiteb ftit taż-żmien ilu Robert Musumeci fuq The Times. Musumeci ħassu fl-obbligu li jinfurmana li “ There is no doubt that Simon Busuttil, who will probably be the next party leader, would have been fit for this (General Secretary) job.”

Is-sabiħa hi li minn dak in-nhar ‘l hawn, u naħseb li ħallejt żmien aktar minn biżżejjed, fatti ċari ta’ manipulzzjoni din il-kwalita’ ma jsibux ruħhom fiċ-ċentru tad-diskussjoni pubblika. ’differenza minn meta Malta kollha waqfet biex tiddiskuti jekk l-għazla ta’ mexxej fil-Partit Laburista għandhiex titwessa minn 900 delegat għal 19,000 tesserat.

[J]agħmel [P]ropju [O]ppost

28 ta' Ġunju 2008

Meta kulħadd kien qed jistenna li l-Onorevoli Jeffrey Pullicino Orlando jagħżel l-aktar triq onorabbli li kellu quddiemu, ċioe’ dik li jirrizenja minn Membru tal-Parlament, tafu xi spiċċa jagħmel? Jagħmel Propju Oppost.

Meta kulħadd, saħansitra opinjonisti ta’ kull ġurnal u editorjament il-ġurnali kważi kollha li hawn f’pajjiżna, kien qed jaqbel li aktar ma jagħlaq ħalqu Jeffrey Pullicini Orlando, aktar aħjar, tafu xi spiċċa jagħmel? Jagħmel Propju Oppost.

Wara tliet xhur ta’ skiet u dehriet mill-anqas, u wara li l-Pulizija ħabret li ser tieħu passi kontra tliet persuni fil-każ tal-Mistra imma mhux kontra sid l-art li l-aktar kien se jibbenifika, inkiser l-iskiet u JPO bdejna narawh fuq kull stazzjon, ġurnata iva ġurnata le, jipprova jgħidilna kemm kien vittma ta’ Alfred Sant.

Il-verita’ hi li dan JPO la kkonvinca lili, la lilek, u lanqas lil ħadd. Tant li ħareġ saħansitra l-Prim Ministru jistqarr li ma seħħ xejn ġdid li lilu jġiegħlu jibdel id-deċiżjoni politika li ħa dwar JPO. Ċara u tonda.: JPO ma rebaħx lura l-fiduċja tal-Prim Ministru. Mhux biss. Imma b’dak li stqarr il-Prim jiġi kkonfermat li l-Prim illum hu konvint, jekk ma kienx addirittura konvint anki mill-bidu, li JPO politikament għandu x’jirrispondi. Jiġi konfermat ukoll,b’dak li qal il-Prim, li lura f’Marzu li għadda jew huwa ġie żgwidat għal kollox minn JPO, jew it-tnejn li huma, flimkien ma Joe Saliba, żgwidaw lill-poplu. Jew waħda, jew l-oħra.

Biex l-affari issa tkompli tieħu dimensjonijiet drammatiċi, jumejn ilu l-Mepa irtirat il-permess tal-Mistra għaliex saħqet, mingħajr ma kellha għalfejn tistenna l-eżitu tal-proċeduri li se jibdew fil-Qorti, li kien hemm ksur tal-liġi fil-ħruġ tal-permess.

U hawn fejn nasal għall-punt li rrid nisħaq fuqu llum. Fl-opinjoni tiegħi hemm spjegazzjonijiet politiċi kbar x’jiġu spjegati f’dan il-każ. U l-obbligi politiċi li jridu jiġu ċċarati m’għandu jerfagħhom ħadd għajr il-Prim Ministru nnifsu. Kulħadd qed jistenna mill-Prim Ministru li jikser is-skiet kważi totali li żamm bi skuza li kienu għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-pulizija. L-investigazzjonijiet issa ilhom mitmuma mhux ħażin. U allura issa l-ballun mhu imkien għajr f’ħoġru. Wara kollox kien hu stess li f’intervista ma' The Times kien stqarr li la darba l-pulizija tikkonkludi l-investigazzjonijiet tagħha, huwa se jitkellem. U issa x’ġara? Gonzi qed Jagħmel Propju Oppost b’periklu kbir li minflok Gonzipn in-nies tibda ssejjaħlu Gonzijpo

Gonzi irid iżomm f’moħħu li minn issa ‘il quddiem kull vot li jgħaddi fil-parlament, wara sejħa għal division, se jkun qed jgħaddi bil-vot ta’ dik il-persuna li żgwidatu…jekk żgwidatu. Kull vot li jgħaddi se jkun għadda bil-vot ta’ dik il-persuna li ma tgawdix il-fiduċja tiegħu…jekk tassew ma tgawdix il-fiduċja tiegħu. Kull vot li jgħaddi se jkun qed iserraħ fuq dik il-persuna li skond Joe Saliba nnifsu ma jmisshiex qiegħda fil-parlament għax li kien għalih irriżenjat.

Quddiem sitwazzjoni bħal din huwa interessanti ħafna naraw kif se jaġixxi Gonzijpo. L-irġulija politika tiddetta li jiċċensura lill-Onorevoli membru li fuqu qed iserraħ. Pero naraw fuq kollox hux se Jagħmel Propju Oppost.

Il-Ħadd, 13 ta’ Lulju 2008

Pawlu u l-Ħondoq

14 ta' Ġunju 2008

Għal ħafna żmien Paul Buttigieg, il-Kunsillier Laburista tal-Qala, seta’ ħassu mholli waħdu jimbotta ‘l quddiem il-kampanja kontra l-qerda ta’ l-isbaħ bajja f’Għawdex, Ħondoq ir-Rummien. Pero
ħaġa ta’ l-iskantament, aktar ma beda jsib xkiel ma' wiċċu Pawlu kien beda aktar iżid fid-determinazzjoni tiegħu, anki meta dan l-ixkiel beda ġej minn nies li tant kien qed jistenna appoġġ minnhom. U fejn ħaddieħor seta faċli jaqta' qalbu, Pawlu beda aktar iżid fil-kuraġġ li jippersisti sa l-aħħar.

Niftakar konna flimkien Brussel għal żjara politika qasira, u fil-ftit jiem li għamilna hemm irranġa, bl-għajnuna ta’ dak li llum hu l-mexxej ġdid laburista, laqgħa ma' l-istaff ewlieni tal-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent u ppreżentalhom ruxxmata dokumenti dwar il-każ. Niftakar li tant kien sodisfatt bih innifsu dakinhar li stajt nara f’għajnejh li ftit kienu dawk l-okkazzjonijiet l-oħra f’ħajtu, apparti episodji ta’ natura personali u familjari, li tawh sodisfazzjon daqshekk.

Erġajt ftakart f’Pawlu din il-ġimgħa meta waqt il-programm Dissett Joseph Muscat esprima ruħu totalment kontra l-iżvilupp ta’ Ħondoq ir-Rummien. U stajt, nilmaħ mingħajr ma kien quddiemi, wiċċ Pawlu sodisfatt hekk kif dlonk intebaħ li m’għadux aktar leħen solitarju fid-deżert.

Is-sinjura Daphne

14 ta' Ġunju 2008

Is-Sinjura Daphne, li jien u għaddej nikteb għaddej f’konflitt intern jekk għandix noqgħod naħli ħin u spazju fuqha, nhar il-Ħamis għoġobha tikteb artiklu mill-aktar baxx u dispreġġjattiv fuq il-mexxej il-ġdid laburista meta dan lanqas kien ilu ġimgħa f’postu. Immaġinaw naqra f’ġimgħa dan x’seta’ għamel biex inkurlaha daqshekk.

Għandha kull dritt tikteb li trid, biex nifthemu. Imma l-qarrejja tagħha għandhom dritt daqsha li jkollhom l-inteligenza tagħhom rispettata wkoll. L-anqas li wieħed kien jistenna minnha hu li tkun prudenti, tistenna ftit taż-żmien, u l-analizi tagħha fuq il-persuna tal-mexxej il-ġdid u l-operat tiegħu tagħmilha meta dan ikun sab saqajh u telaq bil-ħidma tiegħu. Li jfisser allura li la kienet daqshekk imprudenti, il-mara kitbietha hija iddettata biss minn odju għal dak kollu li hu laburista. U li kieku minflok Joseph Muscat fit-tmun tal-partit tela’ Papa Benedittu, għalih kien ikun hemm riservat l-istess referenzi baxxi u odjuzi li kellha maħżunin għal Muscat.

Li jwassalni allura għal dak li rrid nasal għalih. Appell lill-editur ta’ The Malta Independent. Sur editur, tajjeb li lili l-ewwel wieħed, u lil ħafna oħrajn bħali, tilluminani ftit jekk tali kitbiet immaturi u prematuri għandhomx il-barka tiegħek. Tajjeb tilluminani ftit ukoll jekk hux gost u pjaċir tiegħek li tħallas artikolista l-belli lira biex toqgħod tivvomta fuq in-nies u tweġġa' s-sentimenti ta’ dak li jkun b’artikli barra minn lokhom. La darba nkun illuminat, inkun f’pożizzjoni nasal għad-deċizjoni jekk għandix nibqa' nonfoq 37 cents kuljum biex bihom jitħallas xi ħadd li quddiem l-istedina sinċiera ta’ Muscat biex il-politika nagħmlu minnha konfront nadif ta’ ideat u ħsibijiet, jirreaġixxi b’dak l-aktar mod pastaż u vulgari.

Għażiża Michelle

14 ta' Ġunju 2008

Wara kull persuna ta’ suċċess għandek issib mill-anqas persuna oħra li jkollha mertu daqsha jew kważi f’dak is-suċċess. Il-Mexxej il-ġdid Laburista, li minn hawn nieħu l-okkazzjoni biex nifraħlu u nawguralu, m’huwiex eċċezzjoni. Fost ħafna nies li hemm wara s-suċċess ta’ Joseph, mingħajr ma jieħu għalih ħadd, bla dubju l-aktar persuna influwenti kienet martu Michelle.

Lil Michelle, minħabba relazzjoni familjari, ili nafha madwar 30 sena. Kienet għadha tifla bil-kemm rifset l-għatba ta’ l-iskola. Konna inqattgħu s-sajf ngħumu fil-bajja tal-Fekruna, b’missierha Michael iħassrilna l-gost tal-vaganzi għax il-ħin kollu ifakkarna li l-qari u l-istudju m’għandhomx vaganzi. Jien, l-aktar tifel imfarfar mit-tfal kollha li konna nkunu fil-kamra tas-sajf tiegħu, kont l-aktar wieħed li nobdi. Imma għax kont drajtu li jekk nobdi kien hemm premju lest għalina….dawra bil-luzzu tiegħu sal-Gzejjer ta’ San Pawl.

Imbagħad għadda ż-żmien u lil Michelle rajtha taħdem fil-partit, fejn saret taf lil Joseph. Dak iż-żmien kont is-Segretarju tas-Sezzjoni Kandidati tal-partit. Kienet tagħti daqqa t’id kull fejn meħtieġ. U kull ma tagħmel, tagħmlu sew. Għax taf xi trid tagħmel, u taf kif għandha tagħmlu sew. Hija persuna enerġetika, determinata, u attenta. U bil-personalita’ tagħha tiddomina uffiċċju u tistimola lil kull min ikun magħha u viċin tagħha.

Michelle mhijiex biss, u mhux se tkun biss, il-mara li tappoġġja lil żewġha. Li tagħmillu kuraġġ. U li takkumpanjah soċjalment fejn hemm bżonn. Imma hija spalla politika soda. Għaliex apparti li hija akkademikament dotata, hija wkoll persuna li l-politika tafha sew.

F’dan il-mument hekk sabiħ f’ħajjitha, imma fuq kollox mument sabiħ ukoll għall-partit tagħna, nixtieqha tippermettili pubblikament nitlobha tibqa dejjem attenta fuq żewġha. Ma titilqu qatt minn taħt għajnejha. Biex ma jkunx hemm min ikun ta’ xkiel għalih u għal dak kollu li jirrappreżenta. Toqgħod attenta li ma jkun hemm ħadd, anki jekk l-intenzjoni tiegħu jew tagħha ma tkunx dik, li b’għemilu jew bil-preżenza tiegħu ixekkel lil Joseph mill-għan ewlieni tiegħu li jwassal lill-partit u lill-pajjiż għal staġun politiku tassew ġdid.

Perswaz li dan se tagħmlu, u se tagħmlu b’suċċess.

Ġimgħa llum

31 ta' Mejju 2008

Bhal-lum gimgha l-Partit Laburista ikollu l-mexxej il-gdid f’postu. M’hemmx dubju li d-delegati, li kollha vot wiehed ghandhom, u minn hamsa validi wiehed jew wahda iridu jaghzlu, ghandhom xijmeximxu. Pero taqa’ fuq min taqa’ l-ghazla, l-ghazla tad-delegati trid tittiehed minn kulhadd li hi l-ahjar. Dik li lkoll rridu nappoggjaw u nimxu warajha.

Dak li ser jigri minn gimgha ohra ‘il quddiem huwa bil-bosta aktar importanti minn kull haga ohra li grat sa issa. U min kull haga ohra li setghet grat sa issa u ma gratx. Fl-opinjoni tieghi l-klima interna wara il-5 ta’ Gunju se tindikalna lkoll x’se jkunu l-prospetti laburisti f’elezzjoni ohra.

Ghaldaqstant nemmen li dak kollu li spjegajt hawn fuq dwar ghaqda u dixxiplina ghandu jkun prijorita’ fost l-prijoritajiet tal-mexxej il-gdid. U l-ewwel wiehed li jrid jibda jahdem ghalihom huwa l-mexxej il-gdid. Billi hu stess jibghat l-ewwel sinjali posittivi. Billi ma jistriehx qabel ma jaccerta ruhu li ma jhallix dawk l-elementi divizivi li jistghu ixekklu lill-partit. Billi jara li kulhadd jinaghta l-ispazju tieghu skond l-hiliet u l-abbiltajiet li ghandu. Billi jidhol personalment biex jitfejjqu l-feriti kollha. U billi jinjetta mill-gdid sens ta’ ottimizmu u kunfidenza.

Mexxej tajjeb minghajr dawn il-kwalitajiet ma jibqax tajjeb. Ghax biex tmexxi trid l-ewwel taghraf kif se timxi int. Fiducjuz li se jkollna mexxej tajjeb li jaghraf jimxi hu u jaf imexxi tajjeb. Minn qalbi awguri lil Gorg, lil Evarist, lil Marie Louise, lil Michael u lil Joseph. Pero ma jiehu zgur hadd ghalih jekk l-akbar awgurju nirriservah lill-Partit Laburista.

Indixxiplinati

31 ta' Mejju 2008

Biex il-Partit Laburista jittrasforma lilu nnifsu mill-gdid bhala partit rebbieh, apparti li tirritorna l-ghaqda, irid jara li jsir aktar effettiv f’dak kollu li jaghmel. Pero biex inkunu aktar effettivi, irridu bilfors inkunu aktar organizzati. Imma biex inkunu organizzati, irridu bilfors inkunu dixxiplinati. Ghax minghjar dixxiplina la inkunu organizzati wisq anqas effettivi.

Wiehed ma jridx wisq sforz biex jinnota li bhala partit sirna wisq indixxiplinati. U dan irrendiena anqas organizzati, u anqas effettivi. Ma jistax ikun li din l-indixxiplina tibqa ghaddejja, Ma jistax ikun li kulhadd jibqa jaghmel dak li jfettillu, jghid dak li jigih f’mohhu, jew jagixxi skond kif jiddettawlu l-interessi personali.

Irridu inkunu awto-dixxiplinati. Meta wiehed jitkellem fuq dixxiplina mhux necessarjament ikun irid ifisser dixxiplina regimentali. Dik li tkun gejja minn fuq ghal isfel, bil-kap kmandant bil-bastun f’idu jordna u kulhadd irid jobdi. Le. Imma dixxiplina fil-forma ta’ awto-dixxiplina. Fejn kull individwu jinfliggi fuqu nnifsu sens li hu jippartjeni minn organizzazzjoni u li l-interessi ta’ l-organizzazzjoni jissopravivu fuq kull interess iehor. Sew personali jew xort’ohra.

Meta qed nitkellmu fuq awto-dixxplina qed nitkellmu fuq dixxiplina ta’ commitment. Ta’ impenn. Jigifieri meta nikkommettu ruhna li ser naghmlu xi haga, din issir…issir b’impenn…fil-hin stipulat…u li ssir tajjeb mhux bizzejjed imma ssir kwazi perfetta. Tfisser ukoll li f’dak li taghmel qatt ma tabbanduna l-principju tas-serjeta’. Ghax jekk wiehed jabbanduna s-serjeta’, is-serjeta’ tabbandunah.

L-indixxiplina twassal ghal nuqqas ta’ organizzazzjoni, nuqqas ta’ effettivita’, nuqqas ta’ serjeta’. L-awto-dixxiplina tisserjak, torganizzak, u taghmlek effettiv.

Għaqda sħiħa

31 ta' Mejju 2008

Nibqa' ntenni sakemm nispicca bla vuci li jekk il-Partit Laburista ma jinaghqadx, anki elezzjoni ohra jerga jitlef. Jistghu mhux ixebbghu nies in-nazzjonalisti, nistghu nipprezentaw kemm irridu l-aqwa proposti lill-poplu Malti u Ghawdxi, u nistghu mhux ikollna l-aqwa u l-ahjar mexxej… ghax jekk ma ninghaqdux m’ghandniex l-icken cans li nirbhu.

Tant hi mehtiega l-ghaqda li nittama f’mexxej gdid li mhux biss ikun l-aktar persuna unifikanti, imma nittama wkoll li jkollu d-dehen u l-forza kollha mehtiega biex l-elementi kollha divizivi li hemm fil-partit jeleminahaom.

Importanti hafna li min jemmen fl-ghaqda, u kull min jghid li jemmen fl-ghaqda, jekk tassew jemmen hekk, jara li bi kliemu u b’ghemilu jkun strument li jressaq lil kulhadd lejn xulxin. Min bi kliemu u b’ghemilu jaghmel xort’ohra, ifisser li qed ikun parti mill-problema. U f’dan il-mument huwa importanti li wiehed jara li jkun parti mis-soluzzjoni mhux aktar parti mill-problema. Ghax jekk ikollna aktar nies li jirrendu ruhhom parti mill-problema, se jkollna problema akbar. Bil-kuntrarju, jekk aktar nies ifittxu li jkunu parti mis-soluzzjoni, tinstab soluzzjoni tajba.

Importanti hafna, jekk tassew irridu l-ghaqda, illi l-ambjent ta’ bejnietna ma jkunx kontaminat. Importanti li l-atmosfera interna ma tkunx wahda li taqtalek nifsek u tifgak. Trid tinholoq atmosfera fejn wiehed ihossu komdu. Fejn il-kunfidenzjalita tkun salvagwardjata. Fejn hadd ma jkollu ghalfejn juri d-dissens tieghu barra l-istrutturi tal-partit. Sitwazzjoni li tqarreb lejn l-eleminazzjoni tal-leakages li hemm illum.

Jekk tirritorna l-ghaqda jikber ir-rispett ta’ wiehed ma l-iehor u nkunu f’posizzjoni li naghmlu uzu tajjeb mir-rizors uman kollu taghna. Mill-kbir saz-zghir. U fil-livelli kollha.

ABBACOFAMU

03 ta' Mejju 2008

Fadal xahar ghall-elezzjoni ta’ Mexxej gdid ghall-Partit Laburista. Xahar twil fejn kulhadd se jkun qieghed jiffoka aktar harstu fuq il-hames kontendenti. M’ghandi l-ebda dubju li kull Laburist li ghandu ghal qalbu l-partit, f’dawn l-erba’ gimghat li fadal se jkun qieghed ghassa ghall-hames kontestanti biex jara x’sinjali kull wiehed minnhom se jibghat biex juri l-kapacita’ tieghu li jghaqqad lill-partit.

Minn issa sal-5 ta Gunju, Abela, Bartolo, Coleiro Preca, Falzon u Muscat, kull wiehed u wahda minnhom iridu juru bic-car li ghandhom il-kwalitajiet li la darba t-tigrija tkun ghaddiet se jghaqqdu lil kulhadd warajhom, u li se jmexxu tim wiehed u maghqud.

Sal-5 ta’ Gunju Abela, Bartolo, Coleiro Preca, Falzon, u Muscat iridu jibaghtu messagg car li dan l-impenn hekk kbir li qed jidhlu ghalih, kemm-il darba ma jkunux huma l-mexxej, xorta wahda jaghtuh lill-partit.

Sal-5 ta’ Gunju Abela, Bartolo, Coleiro Preca, Falzon u Muscat iridu jibaghtu sinjal car li ikun min ikun minnhom Mexxej, se jkun lest li juza t-talenti kollha ta’ shabu l-kontesanti.

Sal-5 ta’ Gunju…u iktar u iktar wara l-5 ta’ Gunju… li l-ahjar kwalitajiet ta’ Abela, l-ahjar kwalitajiet ta’ Bartolo, l-ahjar kwalitiajiet ta’ Coleiro Preca, l-ahjar kwalitajiet ta’ Falzon u l-ahjar kwalitajiet ta’ Muscat jigu assorbiti mill-Mexxej il-gdid. Idealment, il-Mexxej il-gdid ghandu jkun kunjomu Abbacofamu. Idealment fil-Mexxej il-gdid ghandna naraw l-aqwa ta’ ABela, imhallta ma l-aqwa ta’ BArtolo, infilsati ma l-aqwa ta’ COleiro Preca, imdahhla ma l-aqwa ta’ FAlzon, u maghguna ma l-aqwa ta’ Muscat. U dan jista jsir jekk kull wiehed u wahda mill-kontestanti jibaghtu sinjali cari minn issa li l-ahjar taghhom se jkunu disposti li joffruh lil, u jitrasferuh fuq, il-Mexxej il-gdid, ikun min minnhom ikun.

Il-Laburisti kollha… dawk genwini…dawk li vera jhobbu lill-partit mhux ghal xi interess jew iehor…dan qed jistennewh bi dritt. Iridu lil Abbacofamu mexxej. Ejja naghtuhulhom.

Fil-Mellieħa

03 ta' Mejju 2008

Is-Sindku l-gdid tal-Mellieha, is-Sur Robert Cutajar, ghandu x-xorti li jekk irid ifittex mudell ta’ Kunsill tajjeb u effettiv m’ghandu ghalfejn iterraq ruhu imkien ghajr ihares lejn il-Kunsill Lokali precedenti tal-Mellieha, u jadottah bhala mudell. Ghandu wkoll il-lussu li persuna tant abbli, mahbuba, u ta’ esperjenza bhall-ex Sindku John Buttigieg ghadu attiv fil-Kunsill u dispost ikompli jaghti sehmu ghall-ahjar gid tal-lokalita’.

Titkellem ma min titkellem, inkluz dirigenti u esponenti ewlenin Nazzjonalisti, jikkomfermawlek li l-Kunsill Lokali precedenti tal-Mellieha kien wiehed mill-aktar Kunsilli li rnexxew, u li John Buttigieg kien wiehed mill-ahjar Sindki li qatt ipproduca dan il-pajjiz. Dan mhux biss ghax hadem b’ghaqal kbir u gharaf isarraf dan f’rizultati, imma wkoll ghaliex gharaf jadotta maturita’ politika billi uza t-talenti u l-esperjenza tal-Kunsilliera kollha li kellu ghad-disposizzjoni tieghu, huma min huma, u gejjin minn liema partit gejjin.

Jekk xejn, il-beneficcji ta’ din l-atitudni matura mhux biss kien rifless fix-xoghol li twettaq, imma gie rifless ukoll fir-rizultat ta’ l-ahhar elezzjoni tal-Kunsill. Dan ghaliex ir-residenti tal-Mellieha taw l-akbar numru ta’ l-ewwel preferenza taghhom kemm lill-maggoranza Laburista, kif ukoll esprimew mill-gdid l-akbar fiducja fil-hiliet u l-abbiltajiet ta’ John Buttigieg billi rregalawh bl-akbar ammont ta’ voti. Madankollu, minhabba kif gew trasferiti l-voti, u minhabba numru qawwi ta’ voti mhux trasferibbli, il-minoranza Nazzjonalista, skond ir-regoli tal-loghba, spiccat hadet il-kontroll tal-Kunsill b’sittax-il vot u Robert Cutajar, kontra kull mistenni, spicca Sindku.

Li hu zgur hu li r-residenti tal-Mellieha bil-vot taghhom fl-ebda hin ma baghtu messagg li b’xi mod tista tinterpretath li riedu jarmu lil John Buttigieg il-bahar. Anzi bil-maqlub. Ghaldaqstant ftit taghmel sens, jekk mhux ghax iddettata minn mentalita tribali tal-qamel, id-decizjoni tas-Sindku Cutajar li fl-allokazzjoni tad-doveri lill-Kunsilliera ma hax in konsiderazzjoni l-hiliet u l-esperjenza ta’ Buttigieg. Fil-fatt lil dan warrbu u remieh billi l-kwalitajiet tajbin li ghandu m’ghamilx uzu minnhom. Tah l-inqas responsabbiltajiet li seta. U pprova, minghalih, jumiljah billi offrielu biss it-tindif pubbliku.

Jekk xejn, persuna li ghandha 25 sena esperjenza bhala ghalliem u maghhom tlett snin bhala Assistent Kap ta’ skola, kont noffrilu l-Edukazzjoni. Mela l-gbir taz-zibel? Fil-Kunsill precedenti, Buttigieg, ghax ragel fuq l-irgiel, lil Cutajar (li hu gurnalista sportiv) kien offrielu l-Isports u z-Zghazagh. Imma Cutajar irreciproka, ta’ persuna partiggjana li hu, billi lil Buttigieg, minghajr konsultazzjoni ta’ xejn, impona fuqu l-qasam tal-gbir taz-zibel. Imbaghad lil Clayton Bartolo, kunsillier zaghzugh, tah l-emigranti u l-kunsumatur. Hallina Sur Cutajar! Lil min trid iddahhak? M’intix tinduna li qed titfa l-arlogg hamsin sena lura? Iva, l-atitudni tieghek mhi xejn ghajr atitudni immuffata ddettata minn mohh tribali u partiggjan.

Basta, Sur Cutajar, il-Prim Ministru, li int suppost tahdem Kastilja mieghu, appella lis-Sindki, fic-cerimonja tal-hatra tal-kunsilliera, biex jutilizzaw lill-kunsilliera taghhom fl-oqsma li l-aktar jistghu jaghtu sehemhom fih. U int, Robert Cutajar, il-mimmi ta’ ghajnejn il-Prim, tkun l-ewwel wiehed li turi fil-berah li dak li qal il-Prim qalu biss ghall-konvenjenza. Ghall-gallerija. Paroli fil-vojt. Dahk fil-wicc.

Kun af li dak li ghamilt int hu kollu kemm hu hela ta’ rizorsi, hela ta’ hiliet, hela ta’ esperjenza, u mossi li ma jaghmlux gieh lilek li ghamilthom u lill-partit li tirrapprezenta. Ghandhom ragun quddiem din il-hela kollha r-residenti tal-Mellieha jhossuhom inkorlati u disgustati. Int, is-Sindku l-gdid tal-Mellieha, li qed timmira li titla hafna aktar ‘il fuq fil-karriera politika, nghidlek jien li bdejt l-karriera politika tieghek fuq nota tassew negattiva, habib. Fadallek hafna x’titghallem. Lanqas int stess ma taf kemm. U l-ewwel haga li trid titghallem hi li r-rispett la tixtrih, la takkwistah u lanqas tirbhu. Ir-rispett tiggwadanjah. Tiggwadanjah bix-xoghol, bis-sens ta’ rgulija li timxi biha ma haddiehor, u billi ma thallix il-poter jitla’ ghal rasek.

Huwa ghalhekk li John Buttigieg baqa dejjem rispettat. U nappellalek, habib, hares lejh u tghallem.

Biex insiru eleġibbli

19 ta' April 2008

Fl-ahhar artiklu tieghi ktibt li l-Partit Laburista huwa obbligat li jaghmel ezami twil tal-kuxjenza u jistaqsi ghaliex qieghed jitlef elezzjoni wara ohra. Ktibt li huwa obbligat jiskopri kif anki meta l-htiega tal-bidla kienet tinhass daqstant, il-maggoranza ta’ l-elettorat ghazlet li tibdel erba’ wcuh mill-PN imma mhux lill-PN. Ktibt li l-partit hu obbligat jara wkoll x’kienu l-izbalji li twettqu, ghaliex twettqu u min wettaqhom. Ghidt li dan irid isir b’rispett lejn dawk il-hafna Maltin u Ghawdxin li, ghal snin twal issa, hassewhom aghar minn barranin f’pajjizhom. Sfaw moghtija l-genb, imwarrbin, u diskriminati. U ara tahsbu li r-rebha li rregalajnielhom, billi kienet wahda marginali, se tibdel xi haga. Jew bidlet xi haga. Xejn. Baqghu l-istess. Baqghu bil-politika tribali jivvantaggjaw lil-certi nies u jwarrbu ohrajn. Naf diga b’kazi ta’ nies ‘inkapaci’ li avvanzaw a skapitu ta’ min hu ‘kapaci’. Naf min twarrab mhux ghax ghandu xi nuqqasijiet…imma ghax jemmen fhiex jemmen. U naf b’kazi wkoll ta’ transfers vendikattivi. Fl-interess ta’ dawn, u fl-interess ta’ min f’dan il-pajjiz jixtieq li l-affarijiet isiru sew, hemm bzonn li ssir harsa sew fil-gewwieni tal-Partit Laburista halli jissaffa mit-tbajja li ghandu u jerga jsir elegibbli

Fl-ahhar artiklu, bl-intenzjoni li nixpruna diskussjoni, ghamilt numru ta’ mistoqsijiet. Illum se nipprova nibda diskussjoni fuq uhud minnhom. Staqsejt ‘ghaliex m’ahniex nattiraw nies godda lejna? Ghaliex nies li kienu maghna qed jisthu jergghu lura? Ghaliex nies godda qed jibzghu jersqu lejna? Ghaliex dan il-partit, li l-ideat u l-ideali tieghu kienu jigbdu lejh l-immaginazzjoni tal-generazzjoni zaghzugha fil-passat, qed isibha tant difficli biex jattira lejh iz-zghazagh tal-lum?’

Ir-rizultati elettorali jitkellmu car hafna. Elezzjoni wara ohra il-Partit Laburista mhux qed jirnexxielu jikber. Qed jibqa fejn ikun. Ifisser li nies godda, zghazagh, u nies li kienu telquna mhux jersqu lejna. Fil-verita’ pero nahseb li filwaqt li wiehed ghandu jfittex ir-raguni ghaliex qed jigri dan, kemm jekk hemmx nuqqas f’dak li hu kontenut kif ukoll f’dik li hija dehra, nahseb li wiehed ghandu jistaqsi l-iktar jekk ahniex naghmlu bizzejjed biex nersqu ahna lejn dawn in-nies. Jigifieri l-mistoqsija ghandha tinqaleb. Mhux jekk hux jersqu huma lejna, imma ghaliex m’ahniex naghmlu l-almu kollu taghna biex nersqu ahna lejn dawn in-nies? Jekk il-muntanja ma tigix….tmur int lejn il-muntanja. U fil-verita’, jekk wiehed ifittex sew isib li m’ghamilna xejn, jew ftit li xejn, biex nersqu ahna. Fi kliem iehor, ma kienx hemm pjan ta’ ‘evangelizzazzjoni’ iffukat tajjeb biex jolqot lil dawn in-nies. Ma hdimniex bizzejjed biex nersqu lejn aktar nies ghax stennejna li jkunu n-nies li jersqu lejna.

Fl-opinjoni tieghi, bl-iskop li tersaq lejn aktar nies l-ewwel jinhtieglek li tkun taf sew lin-nies. X’isawwar hajjithom? X’inhi l-qaghda socjo-ekonomika taghhom? X’inhuma l-aspettattivi godda taghhom? Dan jista jsir billi l-partit jiehu x’ray ta’ kull lokalita’ billi jikkummissjona studji li jaghtuh stampa korretta tas-sitwazzjoni demografika ta’ kull lokalita, il-qaghda socjo-ekonomika tan-nies li jghixu fiha, u l-ambjent li jghixu fih. Isegwi dawn l-istudji programm qawwi ta’ kuntatt man-nies, imbaghad a bazi tar-rizultanzi li johorgu minn dawn l-ezercizzji jitfassal programm effettiv ta’ hidma politika immirat ghall-bzonnijiet ta’ dik il-lokalita’ u n-nies li jsawwruha. Dan hu ezercizzju li jistghu jaghtu, u ghandhom jaghtu, is-sehem shih taghhom il-Kumitati Lokali. Dettalji precizi ta’ kif haga bhal din tista’ ssir kont pprezentajthom lill-partit, u lill-kumitati tal-partit, xi snin ilu.

Fl-opinjoni fqira tieghi ma tistax tippretendi li n-nies tibda tifhem lilek qabel int bdejt tifhem lilha. Ma tista qatt tippretendi li n-nies tersaq lejk qabel int tersaq lejha. Ma tistax tippretendi li l-muzika li qed toffri int se toghgob il-widna tan-nies meta int ghadek ma tafx xi trid tisma dik il-widna. Wisq iktar ma tistax tippretendi li n-nies se tisma lilek qabel int tkun hrigt ghal kollox barra minn triqtek biex tisma lilha.

Meta nifhmu dan nifhmu wkoll ghaliex wara ghoxrin sena fl-Opposizzjoni l-maggoranza ta’ l-elettorat baqa’ jarana bhala partit tajjeb bizzejjed ghall-Opposizzjoni imma mhux tajjeb bizzejjed bhala Gvern. Meta nifhmu dan nifhmu ghaliex kien hemm aktar minn 20,000 persuna li skartaw id-dritt taghhom li jivvutaw, ghax akkost ta’ kollox ma riedux lill-PN fil-Gvern, imma mhux akkost li nitilghu ahna fil-Gvern .

Meta naghmlu dan l-ezercizzju nibdew nifhmu ghaliex mas-7,000 vot ‘laburist’ li ghazlu PN fl-2003 minhabba l-kwistjoni ta’ l-Unjoni Ewropeja baqghu ma rritornawx fid-dar naturali taghhom. Ma baqghux mal-PN imma ma hassewhomx komdi jirritornaw lura f’darhom. U insiru nafu biss ghalxiex meta nidentifikawhom u inkellmuhom wiehed wiehed.

Meta naghmlu dan l-ezercizzju nibdew nifhmu ghaliex dan il-partit kbir mhux qed ikun kredibbli. X’hemm x’izommu milli jerga jibda jirbah il-qlub u l-imhuh tal-maggoranza tal-Maltin u l-Ghawdxin. U ngharfu nindirizzaw din il-problema.

Fl-opinjoni umli tieghi rridu ngharfu nuzaw ir-rizorsi umani kollha tajbin li ghandna. Hlejna wisq hin miz-zmien prezzjuz ta’ l-Opposizzjoni. U ssagrifikajna hafna mit-talenti li kellna kapriccjozament.

Irridu nuzaw b’mod aktar professjonali l-mezzi ta’ komunikazzjoni li ghandna u nizviluppaw ohrajn godda. Pero naraw li dawn bihom nersqu lejn in-nies mhux innaffru u nbezzghu lin-nies.

Ghal-lum nieqaf hawn. Inkompli naghti kontribut b’fehmti bhal-lum hmistax, ghax mil-lum se nibdew niltaqghu nhar ta’ Sibt minflok nhar ta’ Tlieta.

Għaliex... Kif?

08 ta' April 2008

Il-Partit Laburista huwa obbligat li jaghmel ezami twil tal-kuxjenza u jistaqsi ghaliex qieghed jitlef elezzjoni wara ohra anki dawk li suppost ikunu prezentati lilu fuq platt tal-fidda. Il-Partit Laburista huwa obbligat jiskjopri kif anki meta l-htiega tal-bidla kienet tinhass ma kullimkien, il-maggoranza ta’ l-elettorat ghazlet li taghti dirsa lil hafna mill-esponenti tal-PN u mhux lill-PN innifsu. Irid jiskopri l-MLP ghaliex id-dnubiet mejta li jaghmlu l-esponenti tal-PN ma jirriflettux hazin fuq il-PN, imma fuq l-individwu, mentri dnubiet ta’ esponenti Laburisti, anki dawk imwettqa ghoxrin u hamsa u ghoxrin sena ilu, jibqa jgorrhom il-partit. Obbligat jara wkoll l-partit x’kienu l-izbalji li twettqu, ghaliex twettqu u min wettaqhom. Dan l-ezercizzju jrid isir jekk xejn fl-interess ta’ hafna u hafna Maltin u Ghawdxin li ghal 20 sena shah, u hamsa ohra maghhom minn issa sa elezzjoni ohra,…kwart ta’ seklu… hassewhom cittadini tat-tieni klassi ghaliex sfaw moghtija l-genb, imwarrbin, u diskriminati. U kienu qed jistennew li jkun hawn Gvern li lilhom mhux jittrattahom ahjar min haddiehor, imma daqs haddiehor.

Bl-intenzjoni li nixpruna diskussjoni li taghti rizultat u mhux biex inkun parti minn ezercizzju ta’ swat fuqna nfusna…se naghmel numru ta’ mistoqsijiet li jixirqilhom ftit tar-riflessjoni.

 Ghaliex wara ghoxrin sena fl-Opposizzjoni l-maggoranza ta’ l-elettorat baqa’ jarana bhala partit tajjeb ghall-Oppozizzjoni u mhux bhala partit tajjeb bizzejjed ghall-Gvern?

 Ghaliex kien hemm aktar minn 20,000 persuna li skartaw id-dritt taghhom li jivvutaw? Ghaliex minn dawn l-eluf kollha il-Partit Laburista ma kienx kapaci jattira lejh imqar 5% li kienu jkunu bizzejjed ghalih biex jirbah il-Gvern? Aktar minn 20,000 persuna akkost ta’ kollox ma riedux lill-PN fil-Gvern. Imma mhux akkost li jitla fil-Gvern l-MLP. X’qed iwerwirhom fl-MLP?

 Ghaliex nies godda qed jibzghu jersqu lejna? Ghaliex dan il-partit, li l-ideat u l-ideali tieghu kienu jigbdu lejh l-immaginazzjoni tal-generazzjoni zaghzugha fil-passat, qed isibha tant difficli llum biex jattira lejh iz-zghazagh tal-lum?

 Ghaliex m’ahniex nattiraw nies godda lejna? Ghaliex nies li kienu maghna qed jisthu jergghu lura maghna?

 Fil-vot Nazzjonalista ta’ l-2003 kien hemm mas-7,000 vot ‘laburist’ li ghazlu PN minhabba l-kwistjoni ta’ l-Unjoni Ewropeja. Din id-darba bil-kwistjoni ta’ l-U.E., qatt ma tkun issue, u b’dawn is-7,000 persuna jintebhu li bil-vot taghhom fl-2003 ikkontribwixxew ghal Gvern li sar arroganti u li abbuza mill-poter, hafna minnhom ma regghux geddew il-fiducja taghhom fil-PN. Pero lanqas irritornaw lura fil-familja naturali taghhom. Allura nistaqsi ghaliex hafna minn dawn is-7,000 persuna ma gewx lura? Ghaliex dawn telqu lill-PN imma ma hassewhomx komdi jirritornaw lura f’darhom? X’hemm iwerwirhom?

 Ghaliex dan il-partit kbir mhux qed ikun kredibbli? X’hemm x’izommu milli jerga jibda jirbah il-qlub u l-imhuh tal-maggoranza tal-Maltin u l-Ghawdxin?

 Hemm esponenti fil-partit li aktar jinteressahom li jistaghnew huma milli li jkunu difensuri tassew ta’ dawk li huma skomdi? L-istil ta’ hajja li qed jghixu whud mill-esponenti jirrifletti stil ta’ hajja li tressaq lejha l-akbar ammont ta’ nies?

 Il-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-partit qieghdin jintuzaw tajjeb? Jew forsi kultant qed jitqiesu bhala odjuzi zzejjed?

 Qed nuzaw ir-rizorsi umani kollha tajbin li ghandna? Jew forsi hemm min kien jintertessah jizola lil min ried jaghti daqqa t’id ghax kien aktar jinteressah li jipprotegi gildu.

 Il-fondi li jingabru kif kienu qed jintefqu? Il-kampanja elettorali li ghaddiet bl-ebda tigbid ta’ immaginazzjoni ma tersaq lejn il-figuri migbura ghaliha.

 Ghaliex il-partit li f’Malta dahhal il-hniena socjali, li qered id-divizjoni socjali, li ressaq lill-fqir lejn is-sinjur, li introduca l-edukazzjoni u l-kura tas-sahha b’xejn ghal kulhadd, li integra fis-socjeta’ lill-persuni bi bzonnijiet specjali, li ggieled ghal-liberta’ ta’ l-espressjoni u t-tolleranza, li ntroduca d-dritt ta’ l-assocjazzjoni, li ta d-dinjita` lill-mara u sehem liz-zghazagh fid-decizjonijiet, qed jigi kkunsidrat bhala ‘jaqq’ anki minn uhud minn dawk li gawdew mill-hidma socjali tieghu?

Dawn il-mistoqsijiet u aktar ghandhom jigu imwiegba minnufih. Immedjatament wara ghandu jinstab mezz kif se jigu indirizzati. Ikun kollu inutli li noqghodu nahsbu lil min se nipprezentaw quddiem l-elettorat jekk ma jigux imwiegba dawn il-mistoqsijiet. Qabel wiehed ikompli jistaqsi min, ikun ahjar li naraw ghaliex u kif.