Min hu konservattiv hija fih li jirreżisti kull elementi ta’ bidla. Il-konservattiv jaħdem attivament biex jippriserva l-affarijiet u jħalli kollox kif inhu. Min hu konservattiv jirraġuna li la kif inhu jaf, u kif se jkun ma jafx, aħjar ma jieħux sogru…anki jekk addirittura jaf li kif inhu ma wasalx fit-tragward li kellu jasal u anki jekk jirriżultalu bil-fatti li ftit jista jasal.
L-elementi konservattivi f’Malta ftit jew ħafna kienu assoċjati dejjem mal-Partit Nazzjonalista. Huma partit li jżomm mat-tradizzjoni u meta ħtieġew li jinbidlu, għamlu dan bil-mod wisq u b’kawtela liema bħalha. Pero f’dawn l-aħħar snin inħakem ukoll minn elementi konservattivi l-Partit Laburista. U bil-kemm ma sarx konservattiv aktar minn Nazzjonalisti.Ir-riżultat hu li l-Partit Nazzjonalista baqa jattira lejh il-voti tiegħu, u b’żieda magħhom voti oħra ta’ nies li bdew jaraw lill-Partit Nazzjonalista progressiv aktar mill-Partit Laburista.
Fl-opinjoni tiegħi r-riżultat ta’ l-aħħar elezzjoni ta’ l-Amministrazzjoni Laburista kien rebħa oħra għall-konservattivi. Anki jekk il-maġġoranza kienet favur il-bidla. Li jwassalni għall-appell sinċier tiegħi lil Joseph Muscat biex ma jaqtax qalbu u il-bidliet progressivi li jixtieq idaħħal jippersisti fuqhom u jdaħħalhom.
No comments:
Post a Comment