Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008

Id-Divorzju

- Artiklu miktub fl-23 ta' Awwissu 2008 -

Hemm bżonn ta’ aktar maturita’ fid-diskussjoni li għaddejja bħalissa dwar id-divorzju. Ma naqbilx ma min qiegħed jinkoraġġixxi li din il-kwistjoni tiġi deċiża b’referendum. Fl-opinjoni tiegħi ma jkunx ġust li d-drittijiet ċivili tal-minoranza jiġu sanzjonati minn kunsiderazzjonijiet tal-maġġoranza.


Jien l-ewwel wieħed li personalment jekk niġi bżonnu ma nagħmilx użu minnu. Dan minħabba kunsiderazzjonijiet personali. Imma min jien jien biex inżomm lil ħaddieħor milli jirrikorri għalih jekk jaħseb li dik tkun l-aħjar soluzzjoni fiċ-ċirkostanza tiegħu? Din hi soċjeta’ lajka u trid issir distinzjoni bejn dak li hu ċivili u reliġjon. Tagħmel sew il-Knisja li tħeġġeġ lill-membri tagħha biex iżommu mat-tagħlim tagħha, imma dawk li ma jħossuhomx marbuta b’dak it-tagħlim għaliex għandhom jibqgħu ibatu? Minn naħa l-oħra lanqas hu ġust li min jiflaħ iħallas jista' jġib id-divorzju minn barra, bl-istat Malti jirrikonoxxih, u min m’għandux mezzi biex jibda proċeduri barra jibqa' jbati.

1 comment:

Anonymous said...

Bl-istess argument allura jidhol l-abort, ghax dan ukoll tista tmur taghmlu barra jekk ikollok il-flus.

Jien nahseb it-tahwida li qeghdin naghmlu qeghda fil-fatt li qed naraw x'jaqbel lill-individwu milli qed nharsu lejn il-Gid Komuni tal-poplu taghna.

Jiena nahseb li kull politiku li jemmen fil-principji u l-valuri li thaddan il-Knisja Kattolika, ma jghidx li d-divorzju huwa hazin ghax tghallem il-Knisja imma ghax jemmen bis-serjeta, li anke kieku ma jhaddanx ir-religjon nisranija xorta jkun kontra d-divorzju ghax ikun ihobb verament il-pajjizu u jkun jixtieqlu l-ahjar.