Laqatni ħafna appell li għamel lill-istudenti l-President ta’ l-MUT is-Sur John Bencini kmieni din il-ġimgħa.
Is-sur Bencini, meta kien qed jitkellem dwar il-kwistjoni li l-unjin tiegħu kellha mal-Gvern dwar l-istaff akkademiku ta’ l-Universita’, ġie rrappurtat li qal hekk: “Nappellaw biex l-għaqdiet li jirrappreżentaw lill-istudenti jagħtu appoġġ ċar lill-istaff akkademiku f’din il-kwistjoni.”Interessanti. Interessanti ħafna. U interessanti aktar il-fatt li Bencini ħass li tali appoġġ kellu jitkarrab għalih. U la tkarrab għalih ifisser li ma tantx kellu ħjiel li dan se jasal waħdu. Ma kienx ikollu tilwima ma Gvern Laburista u jkun jinħtieġlu lill-istudenti jagħmlilhom tali appell.
F’tali ċirkostanza tali appoġġ kien jiġi b’mod immedjat mingħajr il-ħtieġa li jitkarrab għalih. U fost ta’ quddiem nett kien isib jinstigaw lill-istudenti sħabhom, lill-ulied il-Ministri u l-Prim Ministru. Mhux biss imma kien jarahom fuq quddiem fit-toroq imexxu l-kruċjata huma u hu jista joqgħod jistrieħ fuqhom. Milli jidher, meta Bencini għamel l-appell tiegħu, quddiemu fil-miġemgħa ma kienx hemm studenti. Min jaf? Kieku forsi kien iqum xi wieħed minnhom u fil-preżenza ta’ ommu jghidli “f*** **f”.
No comments:
Post a Comment